Tmien pajjiżi, rappreżentati minn 336 Judoka minn 55 klabb, ikkompetew fit-Tournament Lendave fis-Slovenja. It-tim ġabar midalja tal-fidda u tliet midalji tal-bronż.
Id-delegazzjoni Maltija kienet tikkonsisti minn atleti minn tliet kategoriji ta’ età: Kadetti Miguel Mintoff (-55kgs); Samy Ibnass (-66kgs) u Antonio Overend (-66kgs); U14 Andreas Cachia Difesa(-34kgs); Sophia Felice (-40kgs) u Matta Mintoff (-44kgs); u U12 Aleksander Sitek (-38kgs). Akkumpanjahom il-kowċ Francesco Aiello.
It-tim ġabar midalja tal-fidda (Sophia Felice), tliet midalji tal-bronż (Migue Minfoff, Antonio Overend, u Mattea Mintoff), 5 post (Andreas Cachia Difesa, 7 post (Alexander Sitek) u 9 post (Samy Ibnass).
Il-judoka għalqu 20 azzjoni, li rriżultaw f’punteġġi, u rebħu 14-il logħba. L-investiment fit-tim taż-żgħażagħ tal-Judo diġà qed iġib ir-riżultati.
Dawn il-vjaġġi ma kinux ikunu possibbli mingħajr l-appoġġ mogħti mill-familji ta’ dawn il-judoka żgħażagħ u l-Kumitat Olimpiku Malti u Sportmalta.
//= $special ?>