Mara tqila fost dawk salvati wara li dgħajsa għerqet 53 mili nawtiċi ‘l barra mill-kosta ta’ Lampedusa, iżda sfortunatament żewġt itfal żgħar tilfu ħajjithom fl-istess traġedja.
Dan ġie żvelat f’post fuq il-midja soċjali mill-NGO Ġermaniża Sea Punks hekk kif iddeskriviet dak kollu li sabet ma wiċċha kmieni l-Ħadd filgħodu. Infatti apparti l-mara ġie salvat ukoll raġel li weġġa’ serjament.
L-NGO spjegat li malli waslu fil-post kien hemm numru ta’ persuni fil-baħar kif ukoll kien hemm numru ta’ persuni oħra li kienu diġà mejtin inkluż dawn iż-żewġt itfal żgħar. Intqal ukoll kif numru ta’ nies kienu fuq iż-żewġ naħat tad-dgħajsa bi ftit minnhom kienu pjuttost ‘il bogħod miz-zona tat-traġedja. Kien għalhekk li l-operazzjoni ta’ salvataġġ kienet waħda delikata ħafna.
Għaldaqstant, iz-zona fejn seħħet it-traġedja tagħmel parti mit-territorju Malti magħrufa bħala ‘Maltese SAR Zone’ bl-NGO tesprimi diżappunt kbir għall-fatt li l-awtoritajiet Maltin injoraw it-talba għall-għajnuna li saret.
//= $special ?>