L-eks midfielder ta’ Inter u Roma fost l-oħrajn, Radja Nainggolan, kien arrestat b’rabta ma’ investigazzjoni dwar traffikar tad-droga.
Il-Belġjan ta’ 36 sena huwa wieħed minn numru ta’ suspettati li kienu arrestati mill-Pulizija Belġjana. L-investigazzjoni hija dwar importazzjoni tad-droga mill-Amerika t’Isfel lejn l-Ewropa mill-port ta’ Antwerp, fil-Belġju.
Nainngolan reġa’ beda jilgħab aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet meta ffirma ma’ Lokeren fit-tieni diviżjoni tal-Belġju. Hu skorja fid-debutt tiegħu fi tmiem il-ġimgħa kontra K. Lierse.
Matul il-karriera tiegħu, Nainngolan lagħab ma’ bosta timijiet fejn lagħab ukoll 30 darba mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu.
//= $special ?>