Jesmar Gafà, li kien ir-rappreżentant Malti magħżul mill-Malta Racing Club fil-Coupe Intercontinentale des Amateurs, f’Pariġi, kellu sewqan eċċellenti tul it-triq kollha u rnexxielu jagħlaq fit-tieni post b’wirja eċċellenti fuq in-numru 10 GUEPARD GRIFF. It-tiġrija internazzjonali ġabret fiha 14-il sewwieq amateur minn madwar l-Ewropa.
L-assoċjazzjoni Franċiża żammet l-appuntament sabiex tgħaqqad rappreżentanti minn ħafna pajjiżi li tikkollabora magħhom bl-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment annwali bħala parti mill-weekend speċjali tat-tlielaq li jwassal għall-Prix d’Amérique.
F’tiġrija fejn Jesmar Gafà kellu sewqan eċċellenti tul it-triq kollha, huwa irnexxielu jagħlaq fit-tieni post wara wirja eċċellenti fuq in-numru 10 GUEPARD GRIFF. Bi tluq veloċi wara l-autostart, Jesmar Gafa poġġa liż-żiemel tiegħu wara dahar żwiemel oħra fuq in-naħa ta’ barra, minn fejn segwa mingħajr diffikulta.
Fl-aħħar 700metru, Jesmar Gafà talab liż-żiemel tiegħu biex iżid l-pass u jaċċellera f’attakk għail-kmand fuq in-naħa ta’ barra taż-żwiemel quddiemu. Fl-isprint final, GUEPARD GRIFF issielet u segwa tajjeb liż-żiemel ta’ quddiem u għalaq fit-tieni post wara l-iskwalifika ta’ wieħed mil-parteċipanti.
Ir-rebħa marret għand GIZMOGOLD misjuq mill-Ġermaniża Sarah Kube, filwaqt li t-tielet post mar għat-Taljan Matteo Zaccherini fuq HUNADORA.
Dan huwa riżultat eċċellenti għall-ġerrej Malti Jesmar Gafà kemm fuq livell personali kif ukoll għal Malta f’din it-tiġrija internazzjoniali. It-tieni post miksub minnu huwa l-aħjar riżultat qatt miksub minn parteċipant Malti f’din il-kompetizzjoni
//= $special ?>