Lokali Qorti

Żewġ accountants mixlija b’evażjoni ta’ taxxa ta’ €1.5 miljun

Żewġ accountants ġew mixlija b’ħasil ta’ flus u evazjoni tat-taxxa wara investigazzjoni li kixfet nuqqasijiet serji… li laħqu total ta’ €1.5 miljun.

Il-każ, li qed jinstema’ quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, jinvolvi wkoll akkużi relatati ma’ ħasil ta’ flus, il-preżentazzjoni ta’ dokumenti foloz lill-Kummissarju tat-Taxxa, u diversi reati oħra. Minbarra l-koppja, ħarġu wkoll akkużi kontra l-kumpaniji tagħhom.

Jirriżulta li l-investigazzjoni sabet anomaliji għall-perijodu 2016-2024, meta l-koppja xtrat proprjetajiet ta’ valur li jlaħħaq it-€12 miljun… u kellha 26 kont bankarju, 19 minnhom f’Malta.

Ġie innutat ukoll li żewġ home loans ta’ €400,000 u €500,000 tħallsu fi ftit xhur, u dan tqies bħala suspettuż.