Id-Deputat Nazzjonalista Alex Borg sar membru tal-bord tal-World Leaders for Mental Health. Din l-inizjattiva globali tiġbor flimkien mexxejja influwenti biex is-saħħa mentali tkun prijorità ewlenija fil-politika pubblika, fis-servizzi tas-saħħa u fuq kollox fit-tisħiħ tas-soċjetà.
F’post fuq il-mida soċjali, Alex Borg fisser li din hi kwistjoni tas-saħħa mentali li tolqot lin-nies kullimkien, irrispettivament mill-fruntieri jew ċirkostanzi.
Bħala xi ħadd li dejjem saħaq li s-saħħa mentali tkun fuq nett fl-aġenda, Alex Borg qal li din il-ħatra tirrappreżenta mhux biss pass personali importanti, iżda wkoll opportunità biex isaħħaħ il-ħtieġa li jmiss lil ħafna nies f’dan il-qasam kruċjali.
Bħala parti minn dan il-bord prestiġjuż, Alex Borg ser jaħdem biex:
- Jippromwovi policies effettivi li jtejbu s-servizzi u s-sistemi tas-saħħa mentali madwar id-dinja
- Iniedi djalogu globali biex iqajjem aktar kuxjenza dwar is-saħħa mentali
- Jappoġġja inizjattivi lokali u internazzjonali li jagħtu l-prijorità lis-saħħa mentali u dik emozzjonali 🤝
Id-Deputat Nazzjonalista rringrazzja lil dawk kollha li emmnu fih biex jagħmel dan il-pass importanti. Hu qal li flimkien, jista’ jibni futur fejn is-saħħa mentali tiġi meqjusa b’dinjità kif tassew jistħoqqilha.
//= $special ?>