Quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana, it-Tlieta l-Prosekuzzjoni talbet li jkollha aċċess għal data mimlija terabytes li hemm fil-proċess u li huma encripted u li hi sa issa m’għandhiex aċċess għalihom. Għaldaqstant talbet li f’dan l-istadju għandu jinħatar espert tal-Qorti biex jiftaħ down il-files kollha u dan sabiex il-prosekuzzjoni tkun tista’ tara x’fihom u tiddetrmina jekk hemmx xi ħaġa rilevanti.
Id-difiża opponiet bil-qawwa kolllha għal diversi raġunijiet. Dan irriżulta fil-każ ta’ Claude-Ann Sant Fournier u l-Bank Pilatus li qegħdin jiġu mixlija b’ħasil ta’ flus. Sant Fournier, ta’ 44 sena u li kienet il-kap tal-bank legali u eks uffiċjal, tinsab mixlija b’ħasil tal-flus. Huma qed jiġu akkużati b’mod konġunt li wettqu reati bi ksur tal-Att dwar il-Ħasil tal-Flus fil-21 ta’ Marzu, 2018 u fis-snin u x-xhur preċedenti. It-tnejn qed iwieġbu mhux ħatja.
Id-difiża semmiet il-fatt li għal diversi snin ilmentat illi kien skorett illi l-prosekuzzjoni taqbad u tippreżenta terabytes sħaħ ta’ data mingħajr spjegazzjoni dwar għaliex dawn id-dokumenti kienu b’xi mod relevantii għall-każ.
Id-difiża kompliet tgħid li issa li l-każ tal-prosekuzzjini jinsab fi stadju tal-għeluq wara li għaddew aktar minn erba’ snin, il-prosekuzzjoni issa qed titlob li jinħatar espert tal-Qorti biex jara x’fihom u jara jekk hemmx xi ħaġa relevanti għall-każ. Id-difiża sostniet li wara li tħallsu spejjeż kbar fl-inkjesta, dan il-proċess messu sar fl-investigazzjoni qabel ma tressqu l-akkużati.
Sostniet ukoll li l-Qorti m’għandhiex tidħol fi kwistjoni bħal din biex tagħmel xogħol għal prosekuzzjoni biex tagħti aċċess għal dawn id-dokumenti li kienu għandhom minn qabel ma tressqu l-akkużati. Fil-fatt, kien sorprendenti li l-imputati tressqu l-Qorti u li l-Avukat Ġenerali li kellu dawn id-dokumenti la qatt rahom qabel ma ħareġ l-akkużi u lanqas biss rahom biex jara x’fihom biex jesebihom bħala evidenza fil-Qorti.
L-Avukat Stefano Filletti għad-difiża qal li fuq kollox l-ispjejjeż tal-ħatra tal-espert li se jkunu kbar u se jbatuhom l-akkużati u għalhekk lanqas jagħmel sens li l-prosekuzzjoni trid tara x’fihom. Dan se jdewwem il-proċess b’mod indeifint.
Finalemnt, id-difiża talbet u stiednet lill-prosekuzzjoni tesebiixxi kopja tas-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati li ddikjarat li fil-konfront tad-diretturi u l-uffiċjali l-oħra tal-bank Pilatus, wara li fliet l-atti tal-inkjesta, sabet li ma kien hemm l-ebda raġuni għalfejn tordna li fil-konfront tagħhom m’għandhomx għalfejn jinħarġu akkużi. Ir-rilevanza tagħha hi li dik is-sentenza għandha tapplika wkoll fil-konfront tal-akkużati.
L-Avukati Ramon Bonett Sladden u Claire Sammut qed imexxu l-prosekuzzjoni f’isem l-Avukat Ġenerali filwaqt li l-Avukati Stefano Filletti, Stephen Tonna Lowell u Stefan Camilleri qed jirappreżentaw lid-difiża.
//= $special ?>