Lokali Parlament

Jeħtieġ investiment fit-toroq

Joe Giglio

Id-deputat Nazzjonalista Joe Giglio qal fl-Aġġornament tal-Parlament li t-toroq ta’ diversi lokalitajiet fid-distrett fejn hu jikkontesta jinsabu fi stat diżastruż għaliex huma mimlija ħofor.

Dan qed joħloq diffikultajiet, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-gvern m’għandux rieda biex itejjeb dawn it-toroq. Il-gvern għandu ħafna flus għal affarijiet orħa iżda m’għandux ħeġġa biex jirranġa dawn it-toroq. Dan japplika wkoll għall-bankini għaliex hu impossibbli li l-pubbliku jimxi b’puschair jew persuni li jkunu f’wheelchair.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li meta jsir xi xogħol, dan qed isir ħażin minħabba nuqqas ta’ ppjanar. Din il-problema għandha tkun indirizzata b’koordinament, sostna d-deputat Nazzjonalista.