ELM Fabrication Limited, start-up Maltija li tispeċjalizza fit-teknoloġija tal-istampar 3D ta’ format kbir, nediet proġett biex tiżviluppa l-aktar teknoloġija aċċessibbli f’dan is-settur u tidħol fis-suq ta’ 3D Printing Farms. Dan il-proġett qed jiġi appoġġat mill-EIT Manufacturing, li hija Knowledge Innovation Community (KIC) tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), li timmira speċifikament li ttejjeb il-ħajja tan-nies permezz ta’ manifattura sostenibbli.
Il-proġett ta’ ELM Fabrication qed jiġi żviluppat fi sħubija ma’ żewġ kumpaniji Griegi, Monolithos Limited u 3DHUB. Filwaqt li ELM se jkun is-sid tat-teknoloġija u tan-negozju, Monolithos u 3DHUB se jipprovdu l-għarfien espert tagħhom dwar l-akkwist ta’ materjal riċiklat għall-istampar 3D, jivvalidaw it-teknoloġija u jkunu l-ewwel li jqassmu t-teknoloġija fir-reġjun tagħhom. Din is-sħubija nħolqot ukoll bis-saħħa tal-opportunitajiet ta’ netwerking li l-EIT Manufacturing tipprovdi għall-kumpaniji madwar l-UE.
//= $special ?>