Toni Bezzina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina tkellem fil-Parlament dwar stratġeija ħolistika dwar l-ambjent, l-agrikoltura u s-sajd u qal li minkejja li jsiru diversi rakkomandazzjonijiet, ftit huma dawk li jiġu attwati.
Dwar l-Aġenzija tal-Ikel hu qal li din hi inizjattiva tajba biex titnaqqas il-ħela tal-ikel li ma jkunx jinbiegħ. Dan jitqassam lil diversi food banks u nħolqot ukoll skema biex importaturi li jkollhom ikel żejjed, jikkomunikaw ma’ diversi food banks.
Fil-biċċerija qed jintuża wkoll kunċett li jkun massimazzat il-prodott li joħroġ mill-annimali. Dan iwassal ukoll biex jonqos l-ammont ta’ skart.
Toni Bezzina sostna li l-gvern qed idum biex iresssaq abbozz imressaq mid-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo dwar il-ħela ta’ ikel.
Hu tkellem dwar in-new water u qal li hemm problemi kbar ta’ nuqqas ta’ ilma tant li hemm diversi bdiewa u raħħala li llum ġew dipendenti fuq dan l-ilma. Il-problema hi li hemm biss ftit bdiewa u raħħala li qed jibbenefikaw minn dan l-ilma għaliex hemm nuqqasijiet fl-infrasrtuttura; anki fejn din ilha lesta s-snin.
//= $special ?>