Sport

Pembroke Athleta Athletics & Triathlon Club jikser disa’ records nazzjonali

Atleti minn Pembroke Athleta Athletics & Triathlon Club kisru disa’ records nazzjonali fil-kategoriji taħt it-13; 15 u 17-il sena fil-Lee Valley Indoor Athletics Centre, f’Londra.

Jacques Borg kiser ir-rekord tiegħu tas-60m Sprint f’7.27 sekondi filwaqt li Jack Borg Pullicino, fl-400m taħt 16 il-sena, għamel ħin record b’54.46 sekondi.

Karina Mia Peresso fit-800m taħt l-14-il-sena għamlet rekord nazzjonali f’2 minuti, 32.38 sekondi wara li temmet fit-tielet post fil-heat tagħha.

Jack Herrera Rolé fit-800m taħt l-14-il sena waqqaf rekord nazzjonali meta ġera d-distanza f’2 minuti, 32.94 sekondi.

Sophie Cassar Torregiani li fil-kategorija taħt 16-il sena temmet fit-tielet post fil-heat tagħha tat-800m b’ħin record ta’ 2 minuti, 31.17 sekondi.

Carl Grech kiser ir-rekord tiegħu stess fil-High Jump taħt 16-il sena, meta qabeż 1.60m fejn żied 5 ċentimetri fuq li kien qabeż sena ilu fl-istess kompetizzjoni u temm fl-ewwel post fi Grupp 2. Fis-Shot Put taħt l-14-il sena, Carla Filletti kellha tefgħa ta’ 8.44 metri.

Fil-kategorija Taħt 14 il-sena Jamie Borg kiser ir-rekord nazzjonali tas-60 m darbtejn f’ġurnata. Fl-ewwel round bi 8.05 sekondi u aktar tard ġera d-distanza fi 8.04 sekondi.

Jamie Borg fil-200 metru kiser ukoll ir-rekord nazzjonali b’27.18 sekondi.

L-atleti kienu mmexxija minn Angie Spiteri, Luca Falzon, Maria Ghigo, u Ian Paul Grech.