Ivan Castillo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal fl-Aġġornament fil-Parlament li jeżistu problemi ta’ traffiku fiz-zona ta’ fuq ta’ Malta.
Ivan Castillo tkellem dwar il-kwalità tal-ħajja tal-poplu u qal li fit-12-il distrett elettorali hemm diversi problemi fosthom it-traffiku. Is-sitwazzjoni f’dan id-distrett hi insapportabbli u qed tiggrava.
Hu qal li fl-2022 u fl-2023 kien hemm 2.1 miljun karozza li għaddew minn dan id-distrett lejn Għawdex. Dawn il-karozzi kollha jgħaddu mill-qalba tal-Mellieħa minbarra li fis-sajf, il-popolazzjoni tal-Mellieħa titrippla.
Għalhekk jeħtieġ alternattiva oħra biex il-pubblika jkun jista’ jidħol fil-Mellieħa; dan hu bżonn urġenti. Il-Miżieb ilu magħluq iktar minn sena b’konsegwenza li din qed toħloq diversi problemi addizzjonali. Għalhekk kulħadd qed jgħaddi minn żewġ postijiet ta’ ħruġ mill-Mellieħa, li waħda minnhom hi l-Manikata li issa saret triq traffikuża ħafna.
Id-deputat Nazzjonalista qal li fil-Mellieħa l-gvern ta żewġ artijiet pubbliċi kbar lil żviluppatur. Dan minflok li l-gvern żviluppahom bħala zoni miftuħa. Anki l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kiteb lill-Prim Ministru biex iħeġġu jbiddel din id-deċiżjoni iżda għad m’hemmx risposta,
Hu tkellem dwar San Pawl il-Baħar u qal li dan il-lokal hu maqlugħ kollu kemm hu minħabba xogħlijiet fit-toroq. Il-gvern ħa €800 miljun mill-UE biex jagħmel it-toroq iżda issa qed jerġgħu jinqalgħu.
Dwar iż-żgħażagħ hu qal li l-UE ħarġet studju li juri li l-prezzijiet tal-bini f’Malta żdied b’6.9% u għalhekk Malta hi fost l-ogħla pajjiżi fl-UE biex jinxtraw id-djar. Id-deputat Nazzjonalista kompla li ż-żgħażagħ llum għandhom problemi kbar biex jixtru darhom iżda l-gvern mhu qed jagħmel xejn, lanqas dwar it-tkattir tal-familji Maltin li wkoll hi problema kbira.
//= $special ?>