Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Joe Caruana Curran. Il-profil se jkun qiegħed jaqsam magħna l-esperjenzi sbieħ fil-qasam tal-isports, fost l-oħrajn l-involviment tiegħu fil-Belt Valletta, kemm bħala President tat-tim tal-waterpolo kif ukoll bħala President ta’ Valletta FC.
Matul il-programm se nkunu qed nitkellmu dwar dak li sawwar lill-protagonist, l-aspett tan-negozju kif ukoll ċertu sagrifiċċji li kien jagħmel biex jara l-klabb tal-Belt jimxi ‘l quddiem.
“Jekk hemm sport li Malta hemm bżonn tibqa’ tinvesti fih, huwa l-waterpolo.”
Matul il-programm se niddiskutu wkoll l-involviment fil-qasam tal-waterpolo fuq skala nazzjonali u anki l-involviment fl-isnooker.
PROFILI, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.
//= $special ?>