Raġel ta’ 38 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ f’maħżen f’Xatt il-Mollijiet, il-Marsa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4.30pm meta għal xi raġuni l-vittma, raġel ta’ 38 sena residenti Ħaż-Żabbar, kien sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jaħdem bi grinder.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>