Wara li fl-aħħar xhur il-konsumatur beda jħallas 10 ċenteżmi iżjed fuq kull flixkun, issa din it-taxxa żdiedet b’6 ċenteżmi oħra fuq kull pakkett ta’ sitta. Dan ifisser li fuq kull flixkun tal-plastik se tibda tħallas 11-il ċenteżmu extra.
Il-flus se jkunu jistgħu jinġabru mill-magni tal-BCRS, għalkemm għadu mhux ċar jekk il-ħlas addizzjonali hux se jkun jista’ jinġabar kollu.
Sa issa, għadu mhux ċar x’wassal biex żdiedet din it-taxxa.
Sidien ta’ ħwienet li tkellmu ma’ Net News ikkonfermaw li din it-taxxa żejda se tkun qed tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Frar.
Jirriżulta li l-aġenti se jkunu qed jieħdu nofs dan il-piż minn fuq is-sidien tal-ħwienet u allura l-piż se jinqasam. Madanakollu, il-konsumatur se jkollu jħallas l-ispiża kollha ta’ din it-taxxa fuq kull flixkun – flus li qed jinġabru lura mill-magni tal-BCRS.
//= $special ?>