Lokali

Impjegat sospiż wara li ġie żvelat każ ta’ tixħim minn uffiċjal tal-LESA

L-Aġenzija LESA spjegat fi stqarrija li riċentament ġiet mgħoddija allegazzjoni li ħaddiem tagħha kien qed jaġixxi b’mod li mhux skont ir-regoli tal-istess Aġenzija u lanqas skont il-liġi, u li talab pagament irregolari ta’ €50 lil persuna.

Filwaqt li għamlet investigazzjonijiet interni, l-Aġenzija għaddiet il-każ lill-Pulizija bil-miktub fejn anke provdiet l-evidenza li rriżultatilha u qed tassisti kif meħtieġ u mitlub waqt l-investigazzjonijiet tal-istess Pulizija, bil-ħaddiem ġie wkoll sospiż mil-LESA.

Il-LESA qalet li ma tittollera l-ebda abbuż.