Mat-12-il persuna s’issa ġew iċċertifikati mejta fl-Indja waqt ċelebrazzjonijiet reliġjużi – dan apparti mijiet midruba u oħrajn li għadhom qed jiġu mfittxija.
Dan wara li kien mistenni li miljuni kbar ta’ nies ta’ reliġjon Ħindu kienu mistennija jattendu fi xmara fl-Indja li għandha sinifikat reliġjuż – xmara li f’dawn iż-żminijiet tkun mimlija b’miljuni ta’ nies jaqdu d-dmirijiet Ħinduisti tagħhom.
Madanakollu, waqt dawn ir-ritwali reliġjużi ċeda pond fil-viċin b’riżultat li l-ammont kbir ta’ nies li kien hemm, minħabba l-paniku preżenti spiċċaw jiġru u jgħaffġu fuq xuxlin. Tant li nħoloq stampede fix-xmara, b’riżultat li ammont kbir ta’ nies spiċċaw midruba. Dan apparti 12 li s’issa ġew iċċertifikati mejta.
Il-Każ seħħ f’ Prayagraj.
//= $special ?>