Total ta’ 31 atleta, parti minn żewġ delegazzjonijiet minn Rush Athletics Club, kellhom riżultati pożittivi fil-London Indoor Games li saru f’Lee Valley .
L-ewwel kontinġent magħmula minn 16-il atleta fil-kategoriji akbar taż-żgħażagħ, bl-atleti ta’ Rush jiksbu riżultati mill-aqwa kemm f’termini ta’ prestazzjoni personali kif ukoll fi klassifikazzjoni fil-konfront tal-avversarji li ħadu sehem.
Thea Parnis Coleiro li għad għandha 16-il sena, kompliet turi progress impressjonanti meta temmet fit-tieni post fil-200m, b’ħin mill-aqwa ta’ 24.91s, fejn kisret rekord fil-kategoriji taħt it-18 u taħt l-20 sena. Thea Parnis Coleiro kellha wkoll riżultat eċċellenti fis-60m fejn temmet f’7.77s.
Fil-kategoriji tal-irġiel, żewġ rekords għal Isaac Bonnici fil-kategoriji taħt l-20 u taħt it-23 sena meta rreġistra ħin straordinarju ta’ 1 minuta 56.55 sekondi fit-800m . L-atleta ta’ 18-il sena ġera l-400 m f’ħin ta’f’ 51.80s.
Rekord ukoll għal Kayleigh Anne Ellul fil-kategoriji taħt is-16 u taħt it-18-il sena fis-60m hurdles. Luca Gerada wkoll kellu prestazzjoni tajba, meta temm is-60m f’7.18 sekondi.
Kontinġent ieħor inkluda 15-il atleta ta’ etajiet iżgħar, fejn Leah Frendo impressjonat fejn kisret xejn inqas minn tliet rekords fil-kategorija indoor taħt l-14-il sena bi 27.83 s fil-200m, qabża ta’ 4.52m fil-long jump, u 8.32s fis-60m sprint.
Andre Gauci rebaħ ix-shotput fil-kategorija taħt il-15 il-sena bl-aqwa riżultat fil-karriera u temm fit-tielet post fi-800m. L-atleti l-oħra kollha li ħadu sehem kisbu personal bests f’din l-ewwel esperjenza internazzjonali tagħhom.
Iż-żewġ kontinġenti tmexxew mill-kowċis u uffiċjali tal-klabb Antonella Chouhal, Rachid Chouhal u Matthew Micallef.
//= $special ?>