Lokali

AKTAR FAKE NEWS: Ir-raġel tal-Eks Ministru Laburista Helena Dalli jispiċċa jgiddeb lil One News

“One News żeffen lil familti u gideb”.

Hekk iddikjara Patrick Dalli, ir-raġel tal-Eks Ministru Laburista Helena Dalli, li fuq il-midja soċjali giddeb artiklu riċiklat li ġie ppubblikat fl-aħħar sigħat mill-midja ta’ Robert Abela. Fejn is-Super One għamel referenza għal dak li qal Bernard Grech – jiem ilu – fil-podcast ta’ Ricky Caruana.

Patrick Dalli staqsa x’kien l-iskop li tas-Super One gidbu fuq familtu.

Dan filwaqt li ddikjara li Bernard Grech żamm kelmtu, u fil-midja tal-Partit Nazzjonalista m’għamilx kapital mill-każ ta’ ibnu bħalma għamlet midja oħra.