Ix-Shadow Minister għall-Affarjiet Barranin Beppe Fenech Adami indirizza l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fi Strasburgu, fejn fost l-oħrajn tkellem fuq kemm huwa importanti li l-waqfien mill-ġlied f’Gaza jkun wieħed permanenti u mingħajr l-ebda xkiel dejjiemi.
Hu nsista wkoll li għandhom jinħelsu l-ostaġġi Iżraeljani kollha li sal-lum għadhom miżmuma mill-militanti tal-Ħamas.
Ix-Shadow Minister Beppe Fenech Adami elenka wkoll it-tbatija li għaddej minnu l-poplu Palestinjan – b’eluf ta’ Palestinjani inkluż tfal u nies innoċenti li spiċċċaw inqatlu f’dan il-kunflitt.
Fenech Adami għalaq id-diskors tiegħu billi qal kif it-triq ‘il quddiem għandha tkun mibnija fuq il-ftehim, il-paċi u t-tolleranza. Dan għaliex il-gwerra u l-qtil ma jwassal imkien.
//= $special ?>