Gvern ġdid Nazzjonalista jerġa’ jagħti lura liċ-ċittadin id-dritt li l-Gvern irid ineħħilu. Jerġa’ jara li ċ-ċittadin privat ikollu d-dritt li jitlob Inkjesta Maġisterjali biex il-poplu kollu jkun jaf il-verità bħalma ġara wara l-korruzzjoni tal-Gvern Laburista fil-Vitals u b’17 Black, fost oħrajn.
Intervistat matul il-programm Feedback, fuq NET FM, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li t-tibdil li jrid idaħħal il-Gvern biex ineħħi d-dritt liċ-ċittadini privati li jitolbu Inkjesta Maġisterjali juri kif il-prijoritajiet tal-Gvern ta’ Robert Abela huma ħżiena għax, minflok ma jindirizza l-problemi li qed jiffaċċjaw in-nies, qed iressaq liġi li tipproteġi l-korruzzjoni tal-Ministri u tan-nies qrib tiegħu u tal-Partit Laburista.
Spjega kif il-Partit Nazzjonalista ma jista’ qatt jaċċetta tibdil li jnaqqas id-drittijiet tan-nies, partikolarment meta Inkjesti Maġisterjali li nbdew minn ċittadini privati wasslu biex sirna nafu l-verità kollha wara l-korruzzjoni li ħakmet lill-Gvern fl-aħħar 12-il sena. Barra minn hekk, minkejja li issa qed insiru nafu l-verità kollha, kemm il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà kif ukoll l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg qed jibqgħu ma jieħdux azzjoni, anzi qed jibqgħu fil-muta.
//= $special ?>