“Gvern Laburista ma kkontrollax il-problema tal-għoli tal-ħajja.” Hekk iddikjara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, f’intervista li saritlu fuq NetFM… fejn spjega li – għaliex il-Gvern baqa’ jwebbes rasu – ma rnexxilux jikkontrolla l-problema tal-għoli tal-ħajja.
Huwa fid-dawl ta’ dan li Gvern ġdid Nazzjonalista mhu se jkun qed jabbanduna l-ħadd, la lis-sidien, la lin-negozji u lanqas lill-konsumaturi.
Fl-aħħar jiem, il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji ħarġet survey li wera kif 76% tan-negozji jaraw li pajjiżna mhux sejjer fid-direzzjoni t-tajba.
Bil-Kap tal-PN jispjega li dak li rriżulta f’dan l-istħarriġ, kompla jitfa’ dawl fuq dak li diġà nafu. Iżda minkejja dan, il-Gvern ma għamel xejn… anzi kompla jieħu deċiżjonijiet short-term.
Kien hawn li spjega li Gvern ġdid Nazzjonalista għandu pjan ċar sabiex pajjiżna jimxi ‘l quddiem.
ll-Kap tal-Partit Nazzjonalista spjega li d-deċiżjoni hija ċara – bejn Partit Laburista li qed jimxi fid-direzzjoni ħażina, jew Partit Nazzjonalista li għandu direzzjoni ċara għal pajjiżna… ejn iċ-ċittadin se jingħata aktar saħħa.
//= $special ?>