Claudette Buttigieg, PN
Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Amministrazzjoni Pubblika, ix-Xandir Pubbliku u l-Ġlieda Kontra d-Dijabete, Claudette Buttigieg; qalet fil-Parlament li l-PN irid li jkun hemm iktar protezzjoni mill-minimu għall-ġurnalisti
Claudette Buttigieg qalet li tinsab ixxukjata mid-diskorsi tal-gvern għaliex il-gvern mhux biss ma jridx jisma’ l-porposti tal-PN iżda qed ixekkel id-demokrazija u l-libertà Ewropea. Hi sostniet li d-direttiva tal-UE hi magħrufa bħala Daphne’s Law, iżda l-gvern qed jipprova jnessi lin-nies li Daphne Caruana Galizia kitbet u nqatlet.
Dwar l-allegat abbuż minn proċeduri ġudizzjarji, Caludette Buttugieg qalet li jrid ikun ikkunsidrat x’inhu l-intenzjoni għaliex il-kawżi SLAPP ikollhom skop li titkisser il-midja biex tagħlqilhom ħalqhom. Hekk ipprovaw jagħmlu lil Daphne Caruana Galizia iżda rnexxielhom biss meta qatluha. Il-gvern mhu jirreferi qatt għal Daphne Caruana Galizia fid-diskorsi tagħhom, sostniet Claudette Buttigieg, li qalet li l-gvern issa qed jattakka deputati tal-PN b’estremiżmu.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li SLAPP tfisser kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika, li tfisser kawżi lill-ġurnalisti bl-intenzjoni aħħarija li l-media houses jitkissru.
Din tista’ ssir f’każ wieħed, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li spjegat kif il-ġurnalisti Maltin qed jitolbu protezzjoni għaliex mhuwiex possibbli li l-media houses f’Malta jiksbu l-fondi biżżejjed biex jiddefendu lilhom innfushom. Hi qalet li l-gvern qed iġib ruħu b’mod xokkanti u sostniet li meta tkellmu l-ministri Johnathon Attard u Owen Bonnici, ħassitha l-Korea ta’ Fuq.
Claudette Buttigieg qalet li d-direttiva Anti-slapp m’għandhiex tieqaf sal-minimu, iżda għandha tkun imsaħħa proprju għaliex Daphne’s Law oriġinat minn Malta, għaliex Daphne kienet Maltija. Malta setgħet kienet ta’ eżempju għal pajjiżi oħra f’din il-liġi; din hi opportunità mitlufa.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern irid li Daphne Caruana Galizia tintnesa u issa jrid li anki min jipprova jkisser lill-ġurnalisti jintnesew.
Claudette Buttigieg kompliet li fit-2 ta’ Awwissu 2022 il-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia kienet kitbet lill-Prim Ministru dwar il-fatt li l-gvern irid idaħħal biss minimu ta’ protezzjoni. Hi kompliet li kienet sorpiża li l-gvern kien irrifjuta li r-rappreżentanti tal-IĠM jidħlu fis-sala tal-Parlament.
Fid-diskors tagħha, Claudette Buttigieg ikkwotat dak li qal l-IĠM meta appella biex il-gvern jappoġġja l-proposti tal-PN. L-IĠM jitkellem ukoll dwar ħtieġa ta’ riformi fil-mod tal-ambjent ta’ nuqqas ta’ serħan il-moħħ tal-ġurnalisti.
Wara l-qtil ta’ Daphne, Malta trid turi li għamlet qabża mhux biss fid-diskorsi li jsiru, iżda anki fil-liġijiet li daħħlet, sostniet Claudette Buttigieg.
//= $special ?>