Stephen Spiteri, PN
Ix-Shadow Minister għall-Politika Soċjali Stephen Spiteri sostna fl-Aġġornament tal-Parlament li l-privat għandu kontribut x’jagħti fis-saħħa kif beda Gvern Nazzjonalista.
Stephen Spieri tkellem dwar id-diżwgid bejn il-MAM u l-gvern u kompla li d-direttivi huma mwaqqfa. Hu qal li ħadd mhu jirbaħ minn dawn is-sitwazzjonijiet għaliex mas-saħħa m’hemmx kompromessi. Għalhekk dan il-qasam għandu jitmexxa b’effiċjenza biex jinstabu s-soluzzjonijiet.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li jeħtieġ li l-privat ikollu sehem importanti fis-settur tas-saħħa anki jekk il-pajjiż kellu impatt negattiv kbir bl-esperjenza ma’ Vitals/Steward.
Dan influwenza b’mod negattiv u qawwi l-arranġemanti li l-gvern jagħmel mal-privat, iżda dan ma jfissirx li l-privat m’għandux ikun involut fis-settur tas-saħħa kif kien jagħmel Gvern Nazzjonalista.
Stephen Spiteri kompla li hu tajjeb li jintużaw il-ħinijiet possibbli għal ċertu operazzjonijiet waqt li ma jkunx hemm out-patients iffullat speċjalment meta l-pazjenti jmorru biex jaraw xi riżultati mediċi.
Dawn għandhom jingħataw mit-tobba privati, sostna Stephen Spiteri, li kompla li l-Emerġenza tinsab fl-aġenda tal-gvern biex tkun privatizzata. Ir-regolatur tal-Emerġenza għandu dejjem jibqa’ l-gvern. Jeħtieġ li l-poplu jkun edukat iktar għaliex il-maġġoranza assoluta tal-każi li jmorru fl-Emerġenza jistgħu jkunu trattati bħala kura primarja.
//= $special ?>