Toni Bezzina, PN
Wara ħidma ta’ diversi snin mix-Xirka Produtturi Nagħaġ u Mogħoż, fl-aħħar il-ġbejna tan-nagħaġ ġiet rikonoxxuta mill-Kummisjoni Ewropea bħala Prodott ta’ Denominazzjoni Oriġini Protetta (DOP). Dan wassal biex filwaqt li jinżammu standars għoljin ħafna fil-produzzjoni tal-ġbejna tan-nagħaġ, tinżamm it-tradizzjoni tal-proċess fil-produzzjoni tal-istess ġbejna.
Dan qalu x-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Agrikoltura u s-Sajd Toni Bezza fl-Aġġornament tal-Parlament.
Hu qal din hija kisba importanti ħafna għal Malta peress li hi l-ewwel DOP għal pajjiżna. Barra minn hekk, din il-kisba tikkonferma l-kwalità għolja tal-prodotti lokali, grazzi għad-dedikazjoni tar-raħħala tan-nagħaġ u mogħoż Maltin u Għawdxin.
Toni Bezzina għamel riferenza wkoll għall-Eks Gas Depot fil-Qajjenza, biċċa art ta’ madwar 24,000 metru kwadru li tliet kwarti minnha hi art tal-Gvern jew tal-Enemalta, li hi entità tal-Gvern ukoll. Għalkemm qabel l-elezzjoni tal-kunsilli lokali u MEPs madwar sena ilu, il-Prim Ministru Robert Abela kien iddikjara li l-Gvern kien lest jixtri art fabbrikabbli biex minflok tiġi żviluppata tinbidel f’ġonna, f’dan il-każ art tal-Gvern, minflok se tinbidel fi ġnien għat-tgawdija tar-residenti tal-Qajjenza u Birżebbuġa se tigi żviluppata fi blokki ta’ bini kemm residenzjali kif ukoll kummerċjali li jitilgħu sa seba’ sulari għoli.
Agħar minn hekk, il-Prim Ministru Robert Abela reġa’ għal darb’ohra daħak bir-reżidenti ta’ Birżebbuġa billi l-ewwel dendlilhom il-karrotta tal-promenade ta’ Birżebbuġa, biex jumejn wara permezz tal-Awtorità tal-Ippjanar qed jirrakkomanda li jiġi approvat il-permess biex l-Eks Gas Depot tal-Qajjenza jinbidel f’seba’ torrijet ta’ żvilupp residenzjali u kummerċjali li jaslu sa seba sulari għoli.
Din l-attitudin tal-Gvern Laburista ħolqot rabja kbira fost ir-residenti ta’ Birżebbuġa li qed jitolbu li l-art li hi tal-Gvern, tinbidel kollha f’park ghall-familja jew inkella l-parti fejn qed jigi rakkomandat li jsiru blokok kummerċjali, tinbena dar tal-anzjani biex tkun tista’ tigi gawduta mill-Birzebbuġin kollha, sostna Toni Bezzina.
//= $special ?>