Iż-żgħażagħ huma interessati fil-politika, imma rridu nisimgħuhom u niddiskutu magħhom.
Dwar dan tkellmu x-Shadow Ministers Bernice Bonello u Eve Borg Bonello, waqt programm fuq TVM li għalih kienu preżenti wkoll Cressida Galea u Alex Muscat.
Bernice Bonello spjegat li ż-żgħażagħ jesperjenzaw numru ta’ diffikultajiet; bħall-għoli tal-ħajja, il-prezzijiet esaġerati tal-proprjetà, u t-traffiku fost l-oħrajn… fejn fakkret anke fl-istudenti tal-MCAST, li għadhom fil-għama dwar x’se jiġri bil-futur tagħhom.
Fejn spjegat li ż-żgħażagħ iridu lil min jagħtihom it-tama, min jagħtihoml-ispazju, li jitkellmu u jipparteċipaw.
Eve Borg Bonello spjegat li mhux minnu li ż-żgħażagħ ma jinteressahomx mill-politika… anzi jridu min jiddiskuti magħhom, u min jisma’ dak li għandhom x’jgħidu. Fejn spjegat ukoll li ż-żgħażagħ Maltin iridu pajjiż fejn jistgħu jikbru, li mhux mifni bil-korruzzjoni, u fejn jistgħu jibnu l-ħajja fuq il-kwalità.
Id-deputati Nazzjonalisti spjegaw li ż-żgħażagħ iridu jaraw politiċi li juruhom li pajjiża jista’ jkun protagonist tal-bidla.
Bix-Shadow Ministers jappellaw sabiex il-Gvern joffri aktar għajnuna, u jagħti aktar widen liż-żgħażagħ li huma interessati f’dak li għaddej f’pajjiżna… sabiex verament ikollhom ħajja li tixraqilhom.
//= $special ?>