Il-Ministru tas-Saħħa jinsab sodisfatt bil-management tal-Isptar Mater Dei. Dan iddikjarah Jo Etienne Abela innifsu meta t-Tlieta kien qed jipparteċipa f’dibattitu li sar waqt il-programm NETLIVE, max-Shadow Minister Adrian Delia.
Il-Ministru qal li fil-kurituri ta’ Mater Dei m’hemmx nies rikoverati fuq stretchers, iżda mhux sodisfatt bil-ħinijiet ta’ stennija fl-Emerġenza. Għalkemm fl-istess nifs stqarr li din l-istennija hi fl-istess livell ta’ pajjiżi oħra.
Jo Etienne Abela ddikjara li l-ħin medju ta’ stennija fid-Dipartiment tal-Emerġenza hu ta’ ħames sigħat.
Quddiem din il-pressjoni enormi li hemm fuq is-sistema tas-saħħa, il-Partit Nazzjonalista qed joffri viżjoni ċara. Inkluż il-pjan li jinbena t-tieni sptar ġenerali tal-pajjiż.
Waqt il-programm ġiet diskussa wkoll il-kontroversja relatata mal-Paola Hub, li għadu sa issa ma fetaħx. Bil-Ministru jibqa’ ma jagħtix data meta se jiftaħ dan iċ-ċentru.
Matul din id-diskussjoni kienet evidenti l-iskumdità tal-Ministru, kull darba li jissemma’ l-iskandlu tal-Vitals u Steward. B’Jo Etienne Abela – bħall-Prim Ministru – jinħeba wara l-arbitraġġ.
Adrian Delia minn naħa tiegħu insista li se jibqa’ jaħdem biex jiddefendi lill-professjonisti, it-tobba, l-infermieri u l-carers kollha li jaħdmu f’dan is-settur b’tant sfidi u pressjoni fuqhom. U se jibqa’ jwassal il-karba tal-pazjenti li mhux jinqdew minħabba li l-Gvern ilu snin twal ma jinvesti f’dan il-qasam kruċjali.
//= $special ?>