Żewġt irgiel mill-Kosta tal-Avorju u mill-Mali rispettivament, ġew arrestati wara li l-Pulizija kienet qed twettaq xogħol ta’ investigazzjoni u sorveljanza fuq ħanut f’San Pawl il-Baħar.
Dan kollu b’rabta ma suspett ta’ traffikar ta’ droga hekk kif minn tfittxijiet li saru fuq l-irġiel ta’ 47 u 34 sena rispettivament, kif ukoll fl-istabbiliment fi Triq l-Alka, il-Pulizija elevat madwar 50 pakkett ta’ droga suspettata kannabis, f’ċikustanzi deskritti bħala sinonimi ma’ traffikar ta’ droga.
Dan filwaqt li nstab ukoll ammont ta’ flus kontanti.
L-irġiel qed jinżammu taħt arrest bil-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa b’rabta mal-każ.
//= $special ?>