Sport

Brian Cini mal-aħħar 32 fil-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker tal-Amateurs

Il-Malti Brian Cini irnexxielu jegħleb l-isfida tal-eks plejer tas-sooker professjonali Ingliż Sean O’Sullivan, fil-fażi tan-Knock Out mal-aħħar 64, fil-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker tal-Amateurs. Sean O’Sullivan għandu 30 sena u bejn Ġunju u Lulju tal-2016 kien ikklassifikati bħal numru 73 fir-rankings tas-snooker fid-dinja. rian Cefai

Dan il-kampjonat organizzat mill-World Snooker Federation qed isir f’Saïdia, il-Marokk li fiħ irreġistraw 172 plejer minn 37 pajjiż differenti u li jintemm nhar is-Sibt li ġej, waranofsinhar, bil-finali bl-aħjar minn disa’ frames.

Fil-fażi tan-Knock Out mal-aħħar 64, Brian Cini u Sean O’Sullivan kellhom jilagħbu s-seba’ frames u l-Malti rebaħ il-frame deċiżiv għal skor finali ta’ 4-3, bil-punteggi tal-frames ikunu; 74-17, 94-34, 0-124, 0-91, 82-32, 22-69 u 56-49.

Għal din l-istess fażi kkwalifika wkoll Aaron Busuttil iżda ġie megħlub mill-Ġermaniż, Umit Dikme, 4-1, bl-iskors tal-frames jispiċċaw; 0-104, 43-62, 35-66, 97-24 u 55-77

Kemm Cini kif ukoll Busuttil kienu rebħu l-Grupp tagħhom u ma tilfu l-ebda logħba fl-ewwel fażi. Cini lagħab u rebaħ erba’ logħbiet filwaqt li Busuttil, fil-Grupp tiegħu, kellu plejer li kien irtira’ iżda rebaħ it-tliet konfronti li lagħab fihom.

F’dan il-kampjonat żewġ Maltin oħra ħadu sehem fuq bażi personali peress li dan huwa kampjonat ‘open’. Dawn kienu Joseph Casha u ibnu ta’ 13-il sena Caiden Casha. Huma ġew eliminati wara l-ewwel fażi minkejja li Joseph Casha rebaħ tliet logħbiet minn erba’ li lagħab u ġie eliminat biss bid-differenza tal-frames.

Brian Cini issa jilgħab fil-fażi tal-aħħar 32, illum il-Ħamis kontra l-Ingliż Aidan Murphy li kien rebaħ il-Grupp li fih kien jinsab ukoll iż-żagħżugħ Malti, Caiden Casha.