Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċess iffirmat ftehim storiku mal-Federazione Scacchistica Italiana li jippermetti li plejers membri tal-Malta Chess Federation jipparteċipaw f’tournaments esklussivament Taljani, u biex titrawwem iktar kompetizzjoni internazzjonali u ħbiberija bejn iż-żewġ Federazzjonijiet. Il-ftehim kien mill-Presidenti tal-Federazzjonijiet Duncan Vella u Luigi Maggi.
Luigi Maggi kkummenta li dan il-ftehim saħħaħ il-ħbiberija bejn iż-żewġ pajjiżi u l-federazzjonijiet relattivi. Qbil li mhux biss għandu jħeġġeġ plejers Maltin biex jieħdu sehem fil-Kampjonati Taljani, iżda opportunità lil plejers żgħażagħ biex jipparteċipaw fi programmi Taljani ta’ taħriġ.
Duncan Vella spjega kif l-idea ta’ dan il-ftehim nibtet waqt laqgħa fil-Kungress tal-FIDE – Federazzjoni Internazzjonali taċ-Chess li sar f’Budapest, f’Settembru 2024. Vella ikkummenta ma’ Luigi Maggi li hemm ħafna plejers Maltin li jipparteċipaw fil-Kampjonat Taljan tat-timijiet CIS billi jingħaqdu ma’ timijiet minn Sqallija. Vella kien ippropona l-idea li jaċċettaw plejers Maltin mingħajr bżonn li dawn jingħaqdu ma’ klabbs Sqallin.
Bl-iffirmar ta’ dan il-ftehim, Duncan Vella huwa fiduċjuż li plejers Maltin taċ-ċess ser jaħtfu din l-opportunità li jikkompetu f’pajjiż qrib tagħna, kontra avversarji iktar b’saħħithom. Diġà bdew tħejjijiet mit-timijiet Maltin li ser jipparteċipaw fil-League Taljan CIS skedat għal nofs Marzu.
//= $special ?>