Lokali

Għawdex bħala Reġjun Distint fl-aspetti kollha tiegħu – il-GBC ma taqbilx li d-distrett ta’ Għawdex jiġi estiż


Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex innotat ż-żewġ dokumenti maħruġa llum mill-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta u l-proposti tal-Kamra biex tiżgura sistema parlamentari aktar effettiva u rappreżentanza aktar ġusta.


Filwaqt li l-Kamra tan-Negozju għal Għawdex temmen fil-ħtieġa ta’ diskussjoni usa’ dwar tibdil
kostituzzjonali u sistema parlamentari aktar effettiva li ssaħħaħ l-governanza nazzjonali,
madankollu, il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex ma taqbilx mal-proposta inkluża fid-dokument ‘Electoral Reform: A New Approach to Malta’s Elections’, fejn qed jiġi propost li d-distrett ta’ Għawdex jiġi estiż biex jinkludi kemm il-Mellieħa kif ukoll l-Imġarr.


Fil-każ ta’ Għawdex, din mhijiex sempliċement kwistjoni ta’ numri, imma ta’ x’ jirrappreżenta
pass bħal dan. Fil-fatt, l-Artiklu 61 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta pprova jipprevjeni azzjoni simili, li
effettivament tfarrak l-integrità ta’ Għawdex. Hekk kif id-diskussjoni dwar ir-reġjonalita’ ta’
Għawdex reġgħet kisbet importanza, proposta bħal din turi nuqqas ta’ sensittività lejn reġjun
li matul is-snin wera d-distintività tiegħu u li għalih inħasset ħafna drabi n-neċessita’ li jkun
hemm politika’ reġjonali distinta.


Li Għawdex ikollu l-Membri Parlamentari tiegħu stess li jitkellmu b’mod speċifiku għal
Għawdex huwa wieħed mill-iktar kisbiet importanti għal Għawdex fl-istorja reċenti ta’ Malta
bħala nazzjon indipendenti. Ix-xogħol ta’ dawn il-Membri Parlamentari kien kruċjali matul is-snin biex il-ħtiġijiet ta’ Għawdex jiġu indirizzati.

Dan xorta waħda mhux biżżejjed, u kif il-Kamrarripetiet diversi drabi, wasal iż-żmien għal diskussjoni trasparenti u onesta u għall-impenn fit-tul dwar ir-rikonoxximent ta’ Għawdex bħala reġjun. Hu għalhekk li il-Kamra tħoss li l-proposta biex Għawdex jiġi magħqud ma’ lokalitajiet oħra tmur kontra il-ħsieb tar reġjonalità, u fil-fatt tpoġġi fil-ġenb waħda mill-kisbiet f’termini ta’ governanza li Għawdex akkwista matul is-snin