Internazzjonali

Is-Sirja: Aktar bidliet f’Damasku, b’Al-Sharaa maħtur Aġent President

DAMASCUS, SYRIA - DECEMBER 30: The leader of the new Syrian administration, Ahmed al-Sharaa waits to greet Ukrainian Foreign Minister Andrii Sybiha (not in picture) ahead of a meeting between the Syrian leadership and a Ukrainian delegation to help strengthen ties between the two countries on December 30, 2024 in Damascus, Syria. Syria is transitioning after the fall of the Baath regime and the Assad family's rule, with a temporary administration now in place in Damascus and Aleppo. (Photo by Ali Haj Suleiman/Getty Images)

Ahmed al-Sharaa, l-eks kap ta’ grupp ewlieni tar-ribelli, inħatar President tas-Sirja għal żmien temporanju – b’dan ikun ikkonfermat kważi xahrejn wara li l-grupp tiegħu għen biex ikisser ir-reġim tad-dittatur Sirjan Bashar al-Assad, li llum qed ikun kostrett li jgħix f’eżilju fir-Russja.

Al-Sharaa – li l-grupp tiegħu Hayat Tahrir al-Sham (HTS) darba kien affiljat mal-moviment terroristiku al-Qaeda – fil-fatt, ilu jmexxi pajjiżu mindu l-qawwiet tal-Oppożizzjoni Sirjana daħlu f’Damasku, fit-8 ta’ Diċembru,  wara offensiva għall-għarrieda li damet anqas minn ġimgħatejn sakemm inqaleb l-istatus quo fis-Sirja.

Hu, issa, inħatar Aġent President wara laqgħa ma’ gruppi oħrajn tar-ribelli u li mistennija jkunu wkoll sieħba fl-Amministrazzjoni l-ġdida ta’ Damasku.

Dan waqt li l-kelliema għall-Gvern Sirjan transitorju qalu li al-Sharaa, issa, qed jaħdem biex jifforma Kunsill Leġislattiv temporanju fil-kapitali.