Futbol Sport

Jhon Duran viċin li jħalli lil Aston Villa

(Ritratt: EPA)

Fl-aħħar jiem tas-suq tat-trasferimenti jkomplu l-ispekulazzjonijiet u t-trasferimenti.

L-attakkant Kolumbjan ta’ 21 sena ta’ Aston Villa Jhon Duran jinsab viċin li jissieħeb ma’ Al-Nassr fl-Arabja Sawdija, bil-plejer matul il-jum tal-Ħamis jagħmel it-testijiet mediċi f’Londra hekk kif mistenni jissieħeb għas-somma ta’ £65 miljun. Intant l-istess klabb fl-aħħar sigħat għamel ukoll offerta għall-winger ta’ Brighton Kaoru Mitoma bl-offerta ta’ £54.42 miljun tkun rifjutata.

Arsenal minn naħa tagħhom matul il-jum tal-Erbgħa għamlu offerta uffiċjali ta’ £40 miljun għall-attakkant ta’ Aston Villa Ollie Watkins bil-klabb mill-Midlands jirrfjuta l-offerta wara biss seba’ minuti. Arsenal mistennija jissottomettu offerta oħra għall-attakkant Ingliż.

L-attakkant Spanjol Alvaro Morata mistenni jħalli lil Milan u jissieħeb ma’ Galatasary fit-Turkija. Rapporti qed jindikaw li Morata kellu xi argumenti mad-diriġenza ta’ Milan wara t-telfa kontra Dinamo Zagreb li swiet lil Milan post awtomatiku mal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League.