“Dak kollu li jsir…irid ikun trasparenti, dokumentat u jrid ikun hemm pjan ta x’ser isir”
Sostna dan id-Deputat Awditur Ġenerali Noel Camilleri fis-seduta tal-PAC li saret it-Tlieta, fejn il-Parlament iddiskuta ir-rapport tal-Awditur Ġenerali rigward il-Malta Film Commission – rapport li wera biċ-ċar kemm il-Kummissjoni tal-Films immexxija minn Johann Grech naqset illi turi jekk kienx hemm value for money fl-inizjattivi li saru fl-aħħar snin; u li sewe miljuni kbar.
Id-Deputat Awditur Ġenerali Noel Camilleri stqarr li l-NAO investiga l-Malta Film Week, il-Malta Film Awards, u l-governanza tal-Kummissjoni tal-Films fost l-oħrajn.
Min naħa tiegħu hu qal li fil-Malta Film Awards ma kien hemm l-ebda rapporti konklussivi dwar jekk dawn l-avvenimenti kienux ‘value for money’ – dan minħabba nuqqas kbir ta’ dokumentazzjoni.
Hu sostna wkoll li sabu nuuqas kbir min-naħa tal-Kummissjoni tal-Fims, tant illi speċifika li biex tagħmel u tiffinanzja ċertu affarjiet, bi flus il-poplu, jrid l-ewwel nett ikollok pjan konkret.
Preżenti għal din is-seduta kien hemm ukoll l-Assistent Awditur Ġenerali William Peplow, illi kompla jispjega li apparti li wara l-2022 huma ma ingħataw xejn….għas-snin l-oħra, hu “ġera wara l-Kummissjoni”, għad-dokumentazzjoni meħtieġa.
F’din is-seduta ħareġ biċ-ċar kemm il-Malta Film Commission mhux qed tieħu ħsieb flus il-poplu kif inhu mistenni minnha – bil-Kummissarju tal-Films jsib il-ħin sabiex jieħu sehem f’’short-film’ li ġie jiswa’ mal-€500,000 però imbgħad naqas milli jipprovdi d-dokumentazzjoni finanzjarja kif jixraq.
//= $special ?>