L-għarus ta’ Claudia Cessa, fl-aħħar ħinijiet tkellem għall-ewwel darba dwar ir-relazzjoni tiegħu mat-tfajla ta’ 18-il sena, u qal li r-relazzjoni tagħhom kienet waħda tossika madanakollu ċaħad li hu, f’xi ħin imbotta lil Claudia Chessa.
Alessio Lupo Rivera, ametta li huma kienu jargumentaw ta’ spiss, hekk kif ir-relazzjoni tagħhom kienet iddominata minn għira u akkużi, dan hekk kif fi kliemu Claudia kienet tfajla possesiva.
Hu allega wkoll li t-tfajla kienet tkun vjolenti waqt l-argumenti tant li kienet tigirfu, tigdmu u saħansitra kienet ittih daqqiet ta’ ħarta. Però minkejja dan kollu, hu qal li qatt ma waqqfu r-relazzjoni tagħhom.
Hu qal ukoll li dan l-aħħar kien qed jirrekordja l-ġlied li kien qed ikollhom… dan bil-għan, skont hu li jipproteġi lilu nnifsu. Bil-ġuvni jgħid ukoll li għandu recording anka ta’ dan l-argument li wassal għal din it-traġedja… traġedja li skont Alessio Lupo Rivera seħħet għax Claudia Chessa qamet minn fuq is-sodda tal-kamra tal-lukanda, mxiet lejn il-gallarija u qabżet.
Alessio Lupo Rivera, qal ukoll li hi ta’ spiss kienet tgħid li kienet se tweġġa’ lilha nnifisha.
//= $special ?>