Raġel li kien ikkaġuna l-protesti vjolenti fl-Iżvezja wara li ħaraq kopja tal-Koran fil-pubbliku, inqatel b’tiri ta’ arma fi Stokkolma. U l-Prim Ministru Żvediż. Ulf Kristersson, qal, issa, li s-servizzi tas-sigurtà ta’ pajjiżu ‘ukoll’ qegħdin jieħdu sehem fl-investigazzjoni minħabba l-potenzjal kbir li r-raġel – Salwan Momika — inqatel mill-aġenti ta’ pajjiż ieħor.
Momika – li kellu bejn l-40 u l-50 sena – qala’ it-tiri fatali waqt li kien f’apartment f’Södertälje, subborg tal-kapitali, u l-Pulizija Żvediża qalu li huma, dritt wara, żammew talanqas ħames persuni biex jgħinuhom bl-istħarriġ,
Il-ġest ta’ Momika li qajjem ferment u għadab kbir fost il-komunità tal-Musulmani kien seħħ fl-2023 u fejn hu kien ta n-nar lill-Koran quddiem il-Moskea Ċentrali ta’ Stokkolma.
Sar magħruf li Momika, fl-aħħar sigħat, kien instab ferut fl-appartament inkwistjoni u minfejn twassal malajr l-isptar fejn laħaq miet, ftit tal-ħin wara. Mifhum li, sekondi qabel l-aggrediment, Momika – Iraqi residenti fl-Iżvezja — kien qed iwassal servizz ta’ livestream fuq il-media soċjali.
Salwan Momika,f’Awwissu, kien akkużat b’attentat biex iqajjem l-inkwiet għall-ikaptu ta’ grupp etniku – f’dan il-każ il-Musulmani residenti fl-iżvezja. Dan wara li hu kien wettaq anki sensiela ta’ protesti anti-Iżlamiċi, fost ir-rabja kbira tal-popolazzjonijiet fl-Istati ta’ maġġoranza Musulmana.
//= $special ?>