Manchester United se jkunu qed jilagħbu fl-aħħar 16 tal-UEFA Europa League meta barra minn darhom għelbu lil FCSB 2-0. Il-gowls tar-Red Devils waslu fit-tieni taqsima. L-ewwel permezz ta’ Diogo Dalot fis-60 minuta u mbagħad kien Kobbie Mainoo li għamilhom 2-0 tmien minuti wara.
Roma naqsu milli jagħmluha mal-ewwel tmienja fil-grupp minkejja r-rebħa ta’ 2-0 kontra Eintracht Frankfurt. Angelino poġġa lil Roma fil-vantaġġ fl-44 minuta. Roma għalqu l-partita fid-69 minuta permezz ta’ Eldor Shomurodov.
Tottenham kisbu rebħa mportanti u post mal-aħħar 16 b’rebħa ta’ 3-0 kontra Elfsborg. Il-gowls ta’ Tottenham waslu fl-aħħar 20 minuta permezz ta’ Dane Scarlett, Damola Ajayi u Mikey Moore.
Rangers ukoll irnexxielhom itemmu mal-ewwel tmien timijiet meta għelbu lil Union St. Gilloise 2-1. Nicolas Raskin poġġa lit-tim Skoċċiż fil-vantaġġ wara 21 minuta. Vaclav Cerny rdoppja fil-55 minuta. Kevin Mac Allister naqqa l-iskor għal St. Gilloise.
//= $special ?>