“Mibegħda u ħdura biss għandhom – Karma mhux fil-bogħod.”
Sostna dan Patrick Dalli, ir-raġel tal-Eks Kummissarju Ewropew u Eks Ministru Laburista Helena Dalli fuq il-midja soċjali wara li persuna staqsietu għalfejn it-tmexxija ta’ Abela qed tibqa’ ssawwat in-nies tal-Partit Laburista, jissawtu minn ta’ ġewwa stess.
Dan kollu wara li Dalli giddeb storja tas-Super One fejn insista li mhux talli l-midja Laburista gidbet fuq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, iżda gidbu fuq il-familja Dalli wkoll.
Patrick Dalli ddikkjara li Bernard Grech mhux talli żamm mal-kelma tiegħu, talli għal aktar minn darba insista li l-midja tal-Partit Nazzjonalista m’għamlet qatt kapital mill-każ ta’ ibnu bħalma qed jgħidu tas-Super One.
Dalli sostna li dan ir-rapport giddieb tal-midja Laburista hija parti mir-regola u direttiva tat-tmexxija ta’ Robert Abela – direttivi miżgħuda b’dak li Patrick Dalli ddeskriva bħala mibegħda u ħdura fil-konfront ta’ Laburisti ħuthom.
//= $special ?>