Ambjent Ekonomija Lokali

Robert Abela jgħid li tal-BCRS ma obdewhx

Fi kliem Robert Abela, is-servizz tal-BCRS huwa “wieħed tajjeb”.

Dawn kienu l-kummenti li għadda lit-Times meta barra l-Parlament kien mistoqsi dwar it-traiffi l-ġodda li se jiddaħħlu fuq il-fliexken tal-plastik. B’Abela jinsisti li l-Gvern tiegħu kien pro-attiv.

Filwaqt li ammetta li hemm inkonvenjent fuq in-nies bl-iskema tal-BCRS, il-Prim Ministru qal li ma jridx piżijiet addizzjonali – għalkemm fl-ebda mument ma qal x’se jagħmel fuq din il-kwistjoni serja li se tolqot eluf ta’ ħaddiema, familji u anzjani.

Robert Abela deher ukoll viżibbilment frustrat b’dak li qed jiġri, u skont hu tal-BCRS ma obdewx id-direzzjoni li ta l-Gvern tiegħu.

Żieda fil-prezzijiet tal-fliexken

Mill-1 ta’ Frar, ċioè minn nhar is-Sibt – il-fliexken tax-xorb tal-ilma, luminata jew birra – se jgħolew fil-prezz. U fil-maġġorparti tagħhom se jkunu qed jiżdiedu ċenteżmu kull flixkun…illi jfisser li pakkett ta’ sitta se jkollu żieda ta’ sitt ċenteżmi filwaqt li pakkett ta’ fliexken żgħar se jkollu żieda ta’ 24 ċenteżmu.

Il-birra lokali se tkun qed tiżdied b’żewġ ċenteżmi. U pakkett ta’ 24 flixkun birra importat se jiżdied b’50 ċenteżmu.