Bi 18-il partita li ntlagħbu kollha fl-istess ħin, intemmet l-ewwel fażi tal-UEFA Champions League b’Liverpool, Barcelona, Arsenal, Inter, Atletico Madrid, Bayer Leverkusen, Lille u Aston Villa jikkwalifikaw mal-ewwel tmienja u jgħaddu għall-fażi li jmiss.
16-il tim ieħor iridu jilagħbu partita oħra, li min jirbaħ jikkwalifika wkoll għall-fażi li jmiss taċ-Champions League.
Dawn huma xi logħbiet li ntlagħbu lbieraħ:
PSV Eindhoven 3 Liverpool 2
L-ewwel telfa għal Liverpool wara seba’ rebħiet konsekuttivi li kienu biżżejjed biex temmew l-ewwel fazi tal-kompetizzjoni fl-ewwel post b’21 punt, filwaqt li PSV jilagħbu fil-grupp tal-aħħar 16.
Fit-28 minuta Liverpool marru fil-vantaġġ permezz ta’ CODY GAKPO li minn penalty għeleb lil Walter Benitez. Fit-35 minuta minn azzjoni ta’ Ricardo Pepi kien JOHAN BAKAYOKO li għeleb lil Kelleher għal 1 – 1 . Fl-40 minuta Liverpool mill-ġdid fil-vantaġġ meta fuq pass ta’ Federico Chiesa kien HARVEY ELLIOTT li għeleb lil Benitez. Fil-45 minuta l-iskor sar 2 – 2 wara li ISMAEL SAIBARI minn azzjoni ta’ Joey Veerman għeleb lil Kelleher. Fis-sitt minuta ta’ ħin miżjud awtogowl ta’ CONOR BRADLEY poġġa lil PSV Eindhoven fil-vantaġġ u eventwalment kien deċiżiv fuq ir-rizultat finali.
Qabel tmiem il-partita tkeċċa Amara Nallo għal Liverpool.
Inter 3 Monaco 0
Kollox faċli għal Inter fi Stadio Meazza fejn għalqu l-ewwel fażi fir-raba’ post b’19-il punt daqs Arsenal u Barcelona, u post mal-aħħar tmienja.
Fir-raba’ minuta Marcus Thuram kien iffawljat għal Inter minn Denis Zakaria sabiex minn penalty LAUTARO MARTINEZ għeleb lil Radoslaw Majecki. Fit-12-il minuta tkeċċa Christian Mawissa għal Monaco sabiex fis-16-il minuta minn azzjoni ta’ Nicolo’ Barella kien MARTINEZ li għamel l-iskor 2 – 0 . Fis-67 minuta LAUTARO MARTINEZ skorja t-tielet gowl personali minn azzjoni ta’ Henrikh Mkhitaryan .
Barcelona 2 Atalanta 2
Riżultat li bih Barcelona, b’differenza ta’ gowls aħjar, temmew fit-tieni post b’19-il punt daqs Arsenal u Inter. Wara li fis-36 minuta gowl ta’ Davide Zappacosta ma kienx ikkonvalidat bil-VAR, fis-47 minuta Barcelona fil-vantaġġ.
Minn azzjoni ta’ Raphina kien LAMINE YAMAL li għeleb lil Carnesecchi. Fis-67 minuta l-iskor sar 1 – 1 wara li EDERSON għeleb lil Szczesny minn pass ta’ Zappacosta. Barcelona mill-ġdid fil-vantaġġ ħames minuti wara meta minn azzjoni ta’ Raphina kien RONALD ARAUJO li għeleb lil Marco Carnesecchi. Reazjoni immedjata minn Atalanta li fid-79 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ MARIO PASALIC minn azzjoni ta’ Marten de Roon.
2 – 2 ir-riżultat li bih intemmet il-partita.
Girona 1 Arsenal 2
Tkompli s-serje pożittiva ta’ Arsenal li saħħew posthom mal-ewwel grupp fil-klassifika. Fit-28 minuta Girona fil-vantaġġ wara li minn azzjoni ta’ Juanpe kien ARNAUT DANJUMA li għeleb lil Neto. Għaxar minuti wara Arsenal kisbu l-gowl tad-draw minn penalty mogħti u skorjat minn JORGINHO sabiex fit-42 minuta Arsenal fil-vantaġġ. Pass ta’ Leandro Trossard lejn ETHAN NWANERI li għeleb lil Pau Lopez.
Fit-tieni taqsima gowl ta’ Cristian Stuani għal Girona ma kienx ikkonvalidat bil-VAR sabiex fit-93 minuta minn penalty Raheem Sterling ra lil Lopez isalva.
Il-partiti kollha kellhom dawn ir-riżultat:
Aston Villa 4 – Celtic 2
Barcelona 2 – Atalanta 2
Bayer Leverkusen 2 – Sparta Prague 0
Bayern Munich 3 – Slovan Bratislava 1
Borussia Dortmund 3 – Shakhtar Donetsk 1
Brest 0 – Real Madrid 3
Dinamo Zagreb 2 – Milan 1
Girona 1 – Arsenal 2
Inter 3 – Monaco 0
Juventus 0 – Benfica 2
Lille 6 – Feyenoord 1
Manchester City 3 – Brugge 1
PSV Eindhoven 3 – Liverpool 2
Red Bull Salzburg 1 – Atletico Madrid 4
Sporting Lisbon 1 – Bologna 1
Sturm Graz 1 – Red Bull Leipzig 0
Stuttgart 1 – Paris Saint Germain 4
Young Boys 0 – Red Star Belgrad 1
//= $special ?>