Lokali

Ħadd ma weġġa’ wara li waqa’ krejn f’Tas-Sliema

Ir-residenti ta’ Triq Patri Marjanu Vella, f’Tas-Sliema, spiċċaw maħsuda wara li ċeda krejn li kien qed jagħmel xi xogħlijiet f’din iz-zona. Il-każ seħħ f’12:10pm.

Fortunatament, l-inċident ma ħalla ebda persuni feruti, iżda jidher li kien hemm karozzi li ġarrbu ħsarat estensivi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

Net News jinsab infurmat li fil-post issejħu wkoll uffiċjali tal-OHSA.