Futbol Sport

Hibernians b’rebħa mportanti fuq Sliema

Sliema W………………2

Hibernians…………….3

Sliema W.: E. Agu, J. Borg, N. Frendo (M. Priadun 61′), A. Magri Overend (N. Strickland 89′), V. Plut (W. Da Silva 70′), M. Beerman, G. Alcino, G. Acheampong, S. Zibo, S. Pisani (K. Nwoko 70′), M. Awad

Hibernians: H. Sacco, A. Silas (P. Silva 90′), K. Shaw, L. Iapert, K. Fraga, J. Degabriele (I. Chukunyere 77′), B. Kristensen, D. Xuereb, A. De Souza Silva (L. Caruana 77′), A. Martinis, M. Ellul

Referee: Glen Tonna

Assistenti Referees: J. Spiteri, D. Castillo

Hibernians kisbu rebħa mportanti ta’ 3-2 fuq Sliema Wanderers wara bidu mhux daqstant tajjeb fil-Closing Round.

Hibernians fil-vantaġġ wara 18-il minuta permezz ta’ Lucas Villela Iapert. Sliema b’reazzjoni mmedjata u ġabu l-iskor indaqs tliet minuti wara permezz ta’ Vito Plut. Apostolos Ilias Martinis reġa poġġa lil Hibernians fil-vantaġġ fl-24 minuta bl-iskor jibqa’ ma jinbidilx sa tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima, Hibernians ħarġu fuq l-offensiva u skorjaw it-tielet gowls permezz ta’ Khevin Rodrigo Fraga. Sliema naqsu l-iskor fl-64 minuta b’gowl minn Maksyn Priadun.