Lokali

Robert Abela jibqa’ jaħbi d-dikjarazzjonijiet tal-assi

Robert Abela u l-Ministri tiegħu baqgħu ma preżentawx id-dikjarazzjonijiet tal-assi fil-Parlament. Dan minkejja li skont Robert Abela…id-dikjarazzjonijiet saru, u qedgħin għandu.

F’risposta li ta lil Net News, Abela qal biss li hemm deċiżjoni tal-Ispeaker. B’Anglu Farrugia jikkonferma fil-Parlament illi d-dikjarazzjonijiet qatt ma ġew preżentati…u stqarr li mhemmx dan l-obligu. Għalkemm din hija passi li saret dejjem, u li tfisser trasparenza akbar.

Robert Abela għadu sa issa ma ppublikax id-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu u tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari tiegħu għas-sena 2023. U ħadd għadu ma jaf meta se jiġu preżentati fil-Kamra tar-Rappreżentanti.

Din l-informazzjoni hija essenzjali biex jinkixef l-abbuż ta’ poter u l-ġid li ma jistax jiġi spjegat… u hija għodda kontra t-tixħim u forom oħra ta’ koruzzjoni.

Din hi l-iktar darba li d-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Prim Ministru, tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari se jiġu ppreżentati tard fil-Parlament.

Fl-aħħar jiem ġiet ukoll irrifjutata talba għal kopja ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet tal-assi – talba li saret mill-ġurnalisti indipendenti.