Matul il-jum tal-ġimgħa ttellgħu il-partiti tal-play-offs fil-UEFA Champions League u l-UEFA Europa League.
Mill-UEFA Champions League jispikka l-konfront bejn Manchester City u Real Madrid hekk kif wieħed minn dawn iż-żewġ timijiet se jkun eliminat f’din il-fażi.
Bayern Munich se jkunu qed jilagħbu kontra Celtic. Dwell bejn żewġ timijiet Franċiżi meta Brest se jilgħabu kontra PSG. Juventus se jilagħbu kontra PSV filwaqt li Milan se jilagħbu kontra Feyenoord.
Mill-Europa League, jispikka l-konfront bejn Porto u Roma. Fost il-partiti l-oħra, Fenerbache se jilgħabu kontra Anderlecht filwaqt li AZ Alkmaar jilagħbu kontra Real Sociedad.
L-ewwel leg tal-play-offs tal-UEFA Champions League se jintlagħbu bejn l-11 u t-12 ta’ Frar filwaqt li t-tieni leg jintlagħab fit-18 u d-19 ta’ Frar. Dawk tal-Europa League se jintlagħbu fit-13 ta’ Frar bil-leg tar-ritorn jintlagħab fl-20 ta’ Frar.
//= $special ?>