Lokali Saħħa

Wara li kien fadal biss “certifications”, issa, €10.3 miljun sabiex jitlesta l-Paola Hub

Il-Paola Hub kellu jitlesta fl-2022.

€40 miljun proġett li kellu jiftaħ fl-2022. Ħames xhur ilu, kien għad fadal biss “certifications”.

Tliet snin wara s-suppost ftuħ ta’ dan il-proġett u xhur wara li l-Prim Ministru Robert Abela u Jo Etienne Abela żaru dan il-proġett, daqslikieku lest, issa, żvelat li se jintefqu 10 miljun u 300,000 ewro sabiex jitlesta l-Paola Hub.

Ftit tax-xhur ilu kien Jo Etienne Abela kien spjega li l-Paola Hub kien fadal biss “certifications” – cioè – kemm ikun ikkonfermat li kollox sew biex jiftaħ.

Iżda issa, ix-Shadow Minister Adrian Delia żvela, li f’dan il-Hub, li kellu jkun sptar ieħor għan-nofsinhar ta’ Malta, fadal €10.3 miljun xogħlijiet xi jsiru.

Il-Paola Hub kien imħabbar lura fl-2017, u oriġinarjament kellu jiftaħ fl-2022. Iżda mbagħad il-Ministru tas-Saħħa ta’ dak iż-żmien, Chris Fearne, ħabbar li se jkun qed jiftaħ fis-sajf tal-2023.

Imbagħad inbidel il-Ministru, b’Jo Etienne Abela jgħid li se jkun qed jiftaħ fl-2025.

Ftit tal-ġranet ilu kienu żvelati wkoll li ngħataw €1.7 miljun f’direct orders, iżda issa se jkunu qed jintefqu total ta’ €10.3 miljun sabiex dan il-proġett jitlesta.

Intant, wara l-ħafna miljuni li ntefqu u qed jintefqu, il-Paola Hub għadu bil-bibien magħluqin, bil-Ministru Jo Etienne Abela għadu tax indikazzjoni ta’ meta dan il-Hub – li għandu jtaffi minn fuq il-piż li jġorr l-Isptar Mater Dei – se jkun qed jinfetaħ.