Hija evidenti l-frustrazzjoni tan-nies wara li dan is-sit żvela b’mod esklussiv li se jiżdiedu l-prezzijiet tal-fliexken tal-ilma, birra u luminata – żieda li se tidħol fis-seħħ minn nhar is-Sibt li ġej.
U għal darb’oħra, minflok irrappurtaw dan il-fatt, tas-Super One għażlu li jiktbu artiklu biex jippruvaw jiddefendu l-immaġini tal-Prim Ministru; iżda anke din id-darba żgarraw bi kbir. Tant li i-nies, u ħafna partitarji Laburisti, spiċċaw jesprimu r-rabja tagħhom fil-kummenti taħt dan l-istess artiklu.
Uħud fakkru kif Robert Abela, fuq dan il-każ tal-BCRS, ma għamel xejn biex jgħin lill-poplu. “Int sallabt lil kulħadd”, kien jaqra wieħed mill-kummenti. Filwaqt li persuna oħra kitbet li din mhi xejn għajr taxxa bil-pulit!
Il-maġġoranza tal-kummenti taħt l-artiklu tas-Super One semmew ukoll kif in-nies spiċċaw jiġru bil-fliexken, b’ħafna ħela ta’ ħin. “Il-poplu qed iweġġa’,” stqarr wieħed mill-partitarji.
Intant, wara li kien ikkonfermat li mill-weekend se jogħlew il-prezzijiet tal-fliexken, it-Times illum ikkonfermat li l-kumpanija GO se żżid it-tariffi għas-servizz bażiku tal-internet. Fil-fatt, minn Marzu, il-prezz mistenni jiżdied €2 kull xahar.
Is-servizz il-ġdid tal-internet provdut minn din il-kumpanija mistenni joffri veloċità akbar.
F’kummenti lill-gazzetta, il-kumpanija fakkret li kienet ilha ma żżid il-prezz mill-2019. U min ma jaqbilx ma dawn it-termini ġodda jista’ jħassar il-kuntratt mingħajr penali.
//= $special ?>