Sport Sport Ieħor

25 sena ta’ Special Olympics u Antonio Silvafil-programm li jmiss

Għada fuq NET Television mill-4.10 pm ‘l quddiem jixxandar il-ħmistax il- programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.Fl-ewwel parti tal-ewwel programm intervista mad-direttur nazzjonali ta’ Special Olympics Malta – ANNA CALLEJA li din is-sena flimkien ma’Special Olympics qed ticcelebra il-25 sena tagħha fi ħdan Special Olympics.

Fit-tieni parti tal-programm il-mistieden specjali huwa l-President ta’ European Aquatics ANTONIO SILVA f’intervista li matulha mhux biss diskussi l-aspetti kollha tal-isport akwatiku iżda wkoll il-mod kif European Aquatics għadha rwol importanti fid-dinja tal-isport.SPORT EXTRA għandu lil Gail Mallia bħala responsabbli mill-muntaġġi u filmati minn Keith Mizzi u Sean Hili .