Atalanta kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Torino. Atalanta kellhom gowl ta’ Raoul Bellanova mħassar bil-VAR qabel ma’ Berat Djimsiti fetaħ l-iskor fil-35 minuta. Torino ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Guillermo Maripan. Atalanta kellhom iċ-ċans li jirbħu l-partita iżda Mateo Retegui falla l-penalty.
Rebħa krċujali għal Verona ta’ 1-0 fuq Monza f’partita diretta. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal wara biss 13-il minuta permezz ta’ awto-gowl ta’ Stefan Lekovic.
F’partita li kellha ħames gowls, kienu Udinese li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2 fuq Venezia. Lorenzo Lucca poġġa lil Udinese fil-vantaġġ wara 47 minuta. Sandi Lovric għamilhom 2-0. Hans Caviglia naqqas l-iskor fl-64 minuta qabel ma Chris Gytkjaer għamilhom 2-2. Iker Bravo sitt minuti mit-tmiem skorja l-gowl tar-rebħa għal Udinese.
Bologna għelbu lil Como 2-0. Lorenzo De Silvestri fetaħ l-iskor wara 25 minuta. Como sfaw jilgħabu bi plejer anqas meta tkeċċa Alieu Fadera. Giovanni Fabbian irdoppja fis-66 minuta għal skor finali ta’ 2-0.
//= $special ?>