Lokali

Bust li jfakkar il-memorja ta’ Salvu Sciberras

Wara sena mill-mewt ta’ Salvu Sciberras, il-Kumitat Sezzjonali tal-PN fin-Naxxar fakkar il-memorja tieghu permezz ta’ bust illi tpoġġa’ fis-sala prinċipali tal-Każin tal-Partit Nazzjonalista fin-Naxxar stess.

Preżenti għal din ic-cerimonja kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech …illi stqarr li PN għandu jkun grat lejn Salvu Sciberras għaliex matul ħajtu għex kellu b’valuri sodi, u ħadem kemm felaħ sabiex il-Partit Nazzjonalista jiqba’ b’saħħtu sabiex ikun jista jixpruna l-bidla li dejjem wettaq f’pajjiżna.

Il-bust sar mill-artist Indri Attard u ġie imbierek minn Dun Stefan Attard.

Preżenti kien hemm, fost l-oħrajn, it-tfal ta’ Salvu Sciberras.

Qabel l-inawgurazzjoni saret ukoll quddiesa fil-knisja parrokjali.