Biex il-poplu Malti u Għawdxi jkun jista’ jserraħ rasu fuq is-sigurtà tiegħu għandna bżonn tmexxija ġdida li żgur ma tistax tinkludi lil Byron Camilleri.
Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech permezz ta’ post fuq Facebook fejn sostna li taħt it-tmexxija ta’ Byron Camilleri, il-Ministeru tas-Sigurtà Nazzjonali sar Ministeru tal-Insigurtà Nazzjonali u t-Trattament Diżuman.
Benrard Grech saħaq li r-rapport tal-Ombudsman jikkonferma dak li ilu jgħid il-Partit Nazzjonalista; li t-tmexxija tal-Ħabs taħt Alex Dalli – li Byron Camilleri għamel snin twal jiddefendi – kienet diżumana.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żied jgħid li dan l-iskandlu mhuwiex każ iżolat għal Byron Camilleri. Fl-aħħar xhur, apparti dan, rajna diversi skandli li ġraw taħt Byron Camilleri fosthom:
– L-iskandlu ta’ iktar minn 18,000 ID card li ħarġu irregolarment b’indirizzi foloz
– L-estensjoni tal-kuntratt tal-Angelo Gafà bħala Kummissarju tal-Puluzija li ħalla l-Korp bla riżorsi biex jaħdem
– Korruzzjoni fejn jidħlu ċ-ċittazzjonijiet tal-LESA.
Agħar minn hekk, temm jgħid il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ma rajna l-ebda turija ta’ rieda ta’ riforma, viżjoni jew pjan minn dan il-Ministeru.
//= $special ?>